Il-Maltija – il-Ħamis, 1 ta’ Lulju, 1993
MAL-PRESIDENT ĊENSU TABONE
IR-RIEDA TAJBA FUQNETT TAŻ-ŻJARA
Minn Korrispondent Speċjali
Il-parti l-kbira taż-żjara tal-President ta’ Malta fil-Victoria għaddieha fost niesna. Min-naħa tagħhom il-Maltin u l-Għawdxin kull fejn kienu ġrew warajh bi ħġarhom u tawh merħba xierqa ta’ Kap ta’ Stat, merħba li wriet għal darba oħra ir-rabta sħiħa li għad hemm bejn il-Maltin u art twelidhom rappreżentata f’din l-okkażjoni mill-ogħla awtorita’ fost uliedha.
It-Tabib Tabone mill-ewwel wera fejn tħabbat qalbu u x’kien li ħeġġu biex jegħleb l-inkonvenjenzi tad-distanza u l-eta’ biex jigi jzurna. Imdawwar minn madwar ħames mitt ruħ imlaqqa’ biex jagħtuh merħba fis-sala l-kbira tan-National Gallery, huwa heġġeġ lill-migemgħa biex waqt li nkunu ċittadini denji ta’ l-Awstralja ma ninsewx li l-egħruq taghna. Malta, qalilna, riedet li issaħħaħ ir-nabta li għandu jkun hemm m’uliedha huma fejn huma billi ppermettiet iċ-ċittadinanza doppja.
Qablu tkellem ii-President tai-Kunsill Malti tal-Victoria, is-Sur Joseph Borg, li wera s-sodisfazzjon tiegħu ghaż-żjara u ghall-progress li għamlet Malta, mhux lanqas fl-interess dejjem jikber fost iż-żgħażagħ għall-ħarsien ta’ l-ambjent.
Il-President Tabone wera x-xewqa li ż-żjara tiegħu tagħti spinta wkoll lir-rabtiet bejn Malta u 1-Awstralja fil-qasam tal-kummerċ. Kien ghalhekk li kellu jakkumpanjawh tul iz-zjara lid-Deputat Prim Ministru u Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin, il-Ministru risponsabbli ghall-kummerċ ta’ Malta ma’ barra, flimkien ma’ ufficjali mill-Kamra taiKummerċ u mill-Federazzjoni ta’ Industriji. Huwa awgura li dawn ir-rabtiet jinbnew fuq il-preżenza tal-Maltin u l-Għawdxin fl-Awstralja; li jagħmlu użu mill-faċilitajiet li saret toffri Malta tal-lum; u li jkunu ta’ benefiċċju għaz-zewg pajjiżi.
Meta tħallat man-nies li marru biex isellmulu kien hemm diversi xeni emozzjonanti hekk kif il-President ġie wiċċ imb’wiċċ ma’ diversi nies li kien jafhom Malta. Dawk li kien qed jiltaqa’ maghhom ghall-ewwel darba wkoll daħlu fl-ispirtu ta’ merhba ħierga mill-qalb.
L-istess xeni rrepetew ruħhom l-għada, it-Tnejn, waqt laqgħa ma’ ‘I fuq minn 500 anzjan u pensjonanti fiċ-ċentru komunitarju “St. Bernadette” fin-North Sunshine. F’din l-okkazjoni l-President kien milqugħ mill-Konslu Generali Clemente Zammit u sSinjura tieghu u mill-Kappillan tal-parroċċa, Dun John Taliana.
Kien hemm ukoll it-tliet baned tal-Victoria: is-St Albans Melita Band, il-Maltese Own Band Philharmonic Society,
il-Malta Gozo City of Broadmeadows Concert Band. Flimkien, dawn mhux biss taw xhieda tal-għaqda li tista’ u għandha tezisti fostna, imma wkoll taw wirja mill-aqwa tat-talent li ghandna f’din 1-arti u bl-uniformijiet eleganti u kuluriti tagħhom komplew żejjnu s-sala.
F’diskors imqanqal ta’ merhba lill-President, il-Konslu Generali faħħar il-ġenerozita’ ta’ dawk il-Maltin u Għawdxin li volontarjament iħabirku biex iżommu hajja l-identita’ Maltija, u li jiddedikaw ħinhom u l-isforzi kollha tagħhom biex jassiguraw li l-Maltin jibqgħu jiltaqgħu u jsibu l-mezzi u l-għajnuna biex jibqgħu attivi minkejja f’hafna każi t-tagħbija tas-snin u n-nuqqas ta’ saħħa. “Il-pilastri li fuqhom isserraħ il-komunita’ Maltija” sejjaħ is-Sur Zammit lil dawk li jgħinu mingħajr ma jfittxu l-qliegh.
Fit-tweġiba tiegħu l-President Tabone reġa’ faħħar il-ġenerożita’ tal-Maltin, u qal li minħabba l-eta’ tieghu jħoss li jifhem aħjar kif tħabbat il-qalb tal-anzjani. Huwa awgura li l-problemi ta’ din il-kategorija jkomplu jirċievu l-attenzjoni meħtiega, u wiegħed li jkompli jagħmel ħiltu kollha biex dan iseħħ.
Diversi għaqdiet, fosthom it-tliet Baned, tal-Kunċizzjoni, ta’ San Filep, u ta’ Santa Margerita, kif ukoll individwi li kienu jinkludu lil Con Briffa, Cecilia Vella, Richard Curmi u Frank Grixti f’isem il-Maltin tal-Latrobe Valley, offrew rigali ta’ tifkira lill-President.
Kull fejn mar ii-President ingħataw omaġġi ta’ fjuri lis-Sinjura tiegħu, Maria Tabone, li bil-ġentilezza tagħha serqet qalb dawk li ltaqgħet magħhom.
Minn North Sunshine it-Tabib Censu Tabone baqa’ sejjer Rosary Home f’Keilor Downs fejn laqgħuh is-Sorijiet Dumnikani Maltin, dawruh mad-dar għall-anzjani u wrewh l-estensjonijiet li qed jinbnew biex id-dar tkun tista’ tilqa’ aktar nies, u jitjiebu l-faċilitajiet.
Bhala turija oħra tar-rieda tajba li gab miegħu, il-President xtaq li jippreżenta għadd ta’ midalji. Filghodu fin-North Sunshine miss lil veterani ta’ l-aħħar gwerra li rċevew mingħandu l-midalja b’tifkira tal-għoti tal-George Cross lil Malta, u wara nofs in-nhar lil għadd ta’ ex-membri ta’ li scouts, li wkoll taw sehemhom fil-gwerra, li ngħataw midalja tal-bronż. Il-President wera r-rispett tiegħu lejn dawk li tilfu ħajjiethom fil-gwerra meta qiegħed kuruna ta’ ward aħmar u abjad f’riġlejn il-monument li hemm biswit iċ-Ċentru Malti f’Parkville.
Ftit qabel, il-President kellu laqgħa tassew sinjifikanti mar-religjużi, qassisin u sorijiet Maltin, li jaqdu dmirhom fil-Victoria. Huwa faħħar ix-xoghol tagħhom u ħeġġiġhom biex ikomplu jħarsu l-wirt tal-valuri nsara, l-aktar fost iż-żgħazagħ u fi hdan il-familji.
Fiċ-Ċentru Malti wkoll, il-President iltqa’ għal darba ohra wicc imb’wicc mal-membri tal-Eżekuttiv tal-Kunsill Malti, zar il-facilitajiet li joffri ċ-Ċentru, u attenda għal laqgħa qasira tal-Eżekuttiv fejn ingħata ħjiel ta’ xi problemi li qed tħabbat wiċċha magħhom il-komunita’ Maltija f’Melbourne.
Miċ-Ċentru dritt ghall-iState Library of Victoria fejn sab jistennewh mijiet ohra ta’ Maltin, Għawdxin u mistednin biex jiftaħ wirja bir-ritratti dwar Malta. Il-President għamel ukoll għotja ta’ kotba lill-librerija u ħajjar lil dawk li jaqraw fuq Malta u jarawha fl-istampi biex isiru jafuha aktar mill-qrib billi jżuruha.
Ħaġa oħra li spikkat waqt din l-attivita’ hija l-umanita’ kbira tal-President. Ħafna ammirawh għall-mod kif b’għożża u ferh kbir ħaddan miegħu lil Sir Hugh u Lady Opperman, ħbieb tal-qalb tal-familja tiegħu snin twal ilu f’Malta.
Qabel ħalla Melbourne, il-President sab ħin ukoll biex iżur l-isptar tal-ghajnejn. Barra milli ltaqa’ ma’ membri ta’ l-istaff, fosthom xi Maltin, huwa ra l-faċilitajiet li joffri dan l-isptar u attenda waqt operazzjoni li kienet qed issir.
Għal dawk li jafuh bħala speċjalista tal-għajnejn b’rabta speċjali mal-professjoni, din iż-żjara ,ma setgħetx tonqos. Imma ż-żjara serviet ukoll biex turi kemm igawdi rispett fl-ispecjalita’ tieghu t-Tabib Tabone anke ‘l hemm minn xtut artna.
Lanqas ma naqas ir-rispett lejh ta’ l-ogħla awtoritajiet tal-Victoria. Fi pranzu mogħti f’gieħu ghand il-Gvernatur ta’ l-lstat, u li għalih attenda fost l-ohrajn ii-Premier ta’ Victoria, Jeff Kennett, il-President Tabone kien onorat minn kelliem wara ieħor ghas-sehem siwi li taw il-Maltin u l-Għawdxin matul is-snin b’risq in-nazzjon li laqgħahom meta għażlu li jaqilgħu ħobżhom ‘l bogħod minn art twelidhom.
lż-żjara ngħatat importanza wkoll mill-medja. Laqgħa li saret għal rapprezentanti ta’ din il-kategorija attendew għaliha ‘l fuq minn 20 ġurnalist. Ġurnalisti u fotografi tal-ġurnali, it-televiżjoni, u r-radju segwew lill-President tista’ tgħid tul iż-żjara kollha. L-SBS Television u stazzjonijiet kummercjali tat-televizjoni wrew servizzi fuq iż-żjara fil-programmi ta’ l-aħbarijiet. Listess għamlu għadd ta’ stazzjonijiet tar-radju, inklużi t-3ZZZ u t-3WRB, waqt li l-ġurnal influwenti “The Age” ġab ritratt prominenti tal-President għand l-MSSP u rapport qasir fuq iż-żjara, kif għamlu ġurnali lokali fejn l-aktar li joqogħdu Maltin.
L-aktar servizz estensiv ingħata mir-Radju 3EA. It-Tabib Tabone, akkumpanjat mill-Professur de Marco, żar l-istazzjon ta’ dan ir-radju
fejn sab jilqgħuh lill-kap tax-xandir bil-Malti, Victor Aquilina, u lill-ogħla awtoritajiet tar-radju, li wħud minnhom ġew ghal t’apposta minn Sydney.
F’intervista li saritlu l-President wieġeb għadd ta’ mistoqsijiet li sarulu b’mod li kompla juri l-viżjoni ċara li għandu dwar il-ħtiega li lkoll flimkien niġbdu ħabet wiehed.
Tissarraf kif tissarraf, iz-zjara kienet success. Jista’ jaghti l-kas li sservi biex issaħħah l-iskambju kummerċjali, għandu mnejn tgħin biex jitwarrbu d-diffikultajiet li qed iżommu t-titjiriet diretti lejn Malta milli jibdew, imma bla dubju swiet biex tat spinta qawwija lir-rieda tajba li teżisti bejn Malta u l-Awstralja, u bejn il-Maltin u l-Għawdxin ta’ Malta u dawk ta’ l-Awstralja.
Kien f’waqtu u xieraq irringrazzjament lill-Gvern Awstraljan magħmul mill-Konslu Ġenerali li flimkien mas-Sinjura Zammit laqgħu lill-President mal-wasla tiegħu fl-ajruport ta’ Tullamarine, imxew mieghu tul iż-żjara, u sellmulu fi triqtu ghal South Australia. L-istedina ġentilment milqugħa ma tistax ħlief tħalli l-gid.
{gallery}TaboneMelbourne1993{/gallery}
Nirringrazzjaw lil Dr Clemente Zammit għall-ariklu u r-ritratti.