Inidirizz tal-Ministru Dolores Cristina
Taylors Lakes Reception Centre, Taylors Lakes, Melbourne
L-Erbgħa, 23 ta’ Marzu 2011
Inselmilkom ilkoll u nirringrazzjakom ta’ din il-merħba verament hekk sabiħa. Aħna resqin issa lejn it-tmiem din il-mawra tagħna ġewwa l-Awstralja. U jekk tgħiduli x’se tieħu lura miegħek, l-aktar ħaġa għażiża, bla dubju ta’ xejn huma l-memorji ta’ kif nidħlu f’kamra fejn niltaqgħu mal-komunita’ Maltija u f’daqqa waħda tħoss id-demm Malti jbaqbaq. Sinċerament hi xi ħaġa inkredibbli. Avolja kont qed nistennieha, ma kontx qed nistennieha li ħa tolqotni daqshekk bil-qawwa u ta’ dan nirringrazzjakom.
B’mod formali inwasslilkom it-tislijiet tal-Gvern Malti, tal-kollega tiegħi Tonio Borg, li xtaq li jkun magħkom hu, imma kellu jogħoqd Malta minħabba raġunijiet li lkoll nafuhom, bis-sitwazzjoni li hemm bħalissa fil-Mediterran, u allura b’xorti tajba mess lili li nkun hawn minfloku. U ta’ dan nirringrazzah ukoll.
Aħna bdejna f’Sydney, morna Canberra, morna ftit Brisbane u llum qegħedin hawnhekk Melbourne. U kull fejn indur, nara uċuh li nħosshom verament familjari. Imma bis-serjeta’ qed ngħidha. Kien hemm post wieħed fejn bdejt inħares lejn sinjura u ghedtilha “imma jiena nafek” u naturalment probabbli naf il-membri tal-familja tagħha li qegħdin Malta. U ngħidilkom ħaġa waħda. Li kieku kelli nimxi t-toroq ta’ Melbourne, naħseb li uħud minnkom nidentifikakom zgur bħala Maltin għaliex għal xi raġuni jew oħra bqajtu verament Maltin, anki donnha fl-attitudni tagħkom.
Jiena ħadt gost nisma’ l-Professur Maurice Cauchi. Naturalment anki wara ħamsin, sittin sena hawnhekk ġewwa l-Awstralja l-ġibda lejn dak il-pajjiż fejn intom twelidtu tibqa’ waħda qawwija ħafna. Pero’ ħadt gost ukoll illi ltqajt ma’ ġenerazzjonijiet illi ma twieldux Malta, twieldu l-Awstralja u xorta għandhom din il-ġibda qawwija lejn Malta u lejn il-bidu, lejn l-għeruq tagħhom.
Waħda mill-affarijiet sbieħ illi nieħu gost meta nara t-tfal żgħar illi ukoll f’ċertu postijiet jagħtuk merħba b’dik il-ħlewwa ta’ vuċi li għandhom jitkelmu bil-Malti, li m’humiex imdorrijin daqshekk jitkelmu bil Malti.
Jiena waħda mir-raġunijiet għaliex qegħdin hawnhekk parti mid-delegazzjoni tiċċentra dwar laqgħat konsultattivi dwar il-proġett li għandu l-Ministru Borg illi aħna nagħmlu leġislazzjoni li tħares lejn it-twaqqif ta’ Kunsill għall-Maltin li jgħixu barra minn Malta. Naturalment din il-leġislazzjoni hija turija mhux biss ta’ solidarjeta’ imma ta’ dak li qal il-Professur Cauchi illi intom verament parti mill-poplu Malti allavolja tgħixu ‘l bogħod ħafna minna.
U mbagħad nitkellmu ukoll dwar it-twaqqif tal-istitut kulturali. Jiena għada ħa jkolli l-opportunita’ li niltaqa’ ma uħud minnkom. M’għandix dubju li l-laqgħa ħa tkun l-istess bħal dik li kelli Sydney, waħda interessanti ħafna, waħda li domna aktar milli stennejna , pero’ li ħarġu ħafna punti illi ukoll fid-diskussjoni mhux biss iċċentraw fuq din il-leġislazzjoni partikolari, imma anki fuq proposti oħra li saru fil-Konvenzjoni.
Naturalment, jiena bħala l-Ministru li nkopri l-Edukazzjoni, ħafna minnkom jkunu iridu jitkellmu dwar kif nistgħu ngħinu l-ilsien Malti, il-kultura Maltija, jibqgħu ħafna aktar ħajjin fosthom. U aħna nimpenjaw ruħna li nwasslu dak li intom teħtieġu u dak li hu fil-poter tagħna li nwasslulkom. Nitkelmu fuq ‘issues’ oħra, imma irrid infakkarkom, mingħajr ma ntawwal ħafna, illi jiena nkopri wkoll il-politika soċjali u allura ġieli jibgħatuli xi email minn xi wħud minnkom dwar pensjoni, dwar xi ħaġa oħra. Feel free anki għada jew anki l-lejla li jkollkom bżonn tkellmuni u mbagħad nistgħu naraw fejn hemm bżonn l-għajnuna li natuha.
Jiena nagħlaq fuq punt partikolari. L-għaqda bejnietkom, is-soledarjeta’, it-turija illi nista’ nefhem li hija qawwija ħafna, imma naħseb li kieku jiena kelli insiefer u mmur f’post u ngħid ha ngħix hemmhekk, f’pajjiż ġdid li ma jafx x’ħa jtini, anki jekk rinomat għall-opportunitajiet illi ta lil ħafna nies. Pero’ naħseb inkun imbeżża ħafna, ikolli ħafna trepidazzjoni. M’għandix dubju li ħafna minnkom li ġejtu hawnhekk kellkom ukoll dawk l-istess is-sentimenti. Imma li kieku insib kif nasal hemmhekk partikolarment uħud minnkom tistennewni, allura bla dubju ta’ xejn iħossni verament ‘at home’ u verament parti mill-familja kbira Maltija u Għawdxija.
Nirringrazzjakhom.
Go back to Article
Professor Cauchi’s address
President Dr George Abela’s address