L-ewwel laqgħa tal-Kunsill għall-Maltin li Jghixu Barra saret fuq jumejn, fit-18 u d-19 ta’ Settembru 2012 fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin, Triq Merkanti, Valletta.
Fil-ġurnata ta’ qabel, it-Tnejn wara nofsinhar, il-membri tal-Kunsill iltaqgħu mal-Prim Ministru Dr Lawrence Gonzi fil-Berġa ta’ Kastilja, Valletta. Dr Gonzi ta merħba lill-membri u ferħilhom għall-ħatra tagħhom. Huwa awguralhom suċċess fil-ħidma tagħhom fuq il-Kunsill fl-interess tal-Maltin li jgħixu barra.
L-ewwel ġurnata
L-aġenda għall-laqgħa ta’ nhar it-Tlieta 18 ta’ Settembru inkludiet:
- Diskors tal-Ftuħ mill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin, Dr Tonio Borg, l-‘ex officio’ Chairman tal-Kunsill (Agħfas hawn biex tniżżel kopja tad-diskors)
- Diskors fuq l-Istitut Kulturali Malti mill-Ministru tat-Turiżmu, Ambjent u Kultura, Dr Mario de Marco (Agħfas hawn biex tniżżel kopja tad-diskors)
- Diskussjoni fuq il-Liġi li biha twaqqaf Il-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra
- Preżentazzjoni dwar l-Istitut Kulturali Malti mis-Sur Caldon Mercieca mill-Ministeru tat-Turiżmu, Ambjent u Kultura (Agħfas hawn biex tniżżel kopja tal-preżemtazzjoni) u oħra mis-Sur John Buttigieg mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin (Agħfas hawn)
- Preżentazzjonijiet mill-membri tal-Kunsill dwar xi problemi li qed iħabbtu wiċċhom magħhom il-Maltin li jgħixu Barra
• Awstralja
– New South Wales (Agħfas hawn biex tniżżel kopja tal-preżemtazzjoni)
– Victoria (Agħfas hawn biex tniżżel kopja tal-preżemtazzjoni)
– Stati l-oħra (Agħfas hawn biex tniżżel kopja tal-preżemtazzjoni)
• Kanada (Agħfas hawn biex tniżżel kopja tal-preżemtazzjoni)
• Renju Unit (Agħfas hawn biex tniżżel kopja tal-preżemtazzjoni)
• Stati Uniti tal-Amerika (Agħfas hawn biex tniżżel kopja tal-preżemtazzjoni)
• Unjoni Ewropea (Agħfas hawn biex tniżżel kopja tal-preżemtazzjoni)
- Proċeduri tal-Laqgħat tal-Kunsill skont Art 6 (7) tal-Att
- Żjara fil-Mużew tal-Emigrazzjoni fil-bini tal-Kummissjoni Emigranti, Valletta
It-tieni ġurnata
L-aġenda għall-laqgħa ta’ nhar il-Erbgħa 19 ta’ Settembru inkludiet:
- Diskussjoni dwar Artiklu 3 tal-Liġi: Pjan strateġiku biex iġib fis-seħħ ir-responsabiltajiet u l-funzjonijiet tal-Kunsill, sessjoni moderata mill-Professur Joe Pirotta
- Żjara lill-E.T il-President ta’ Malta, Dr George Abela fil- Palazz San Anton Attard
- Preżentazzjoni fuq liġijiet dwar iċ-Ċittadinanza mis-Sur Joe Mizzi, konsulent tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin (Agħfas hawn biex tniżżel kopja tal-preżemtazzjoni)
- Preżentazzjoni dwar “L-irwol tal-Malta-EU Steering & Action Committee (MEUSAC) u l-Maltin li jgħixu Barra” minn Dr Vanni Xuereb, Kap tal-MEUSAC (Agħfas hawn biex tniżżel kopja tal-preżemtazzjoni).