Fl-aħħar ħames ġimgħat 18-il saċerdot ġdid ġew ordnati fil-gżejjer Maltin. Il-bieraħ il-Ħadd l-Arċisqof ta’ Malta Monsinjur Pawlu Cremona OP ordna tnax minnhom fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta u ftit ġimgħat ilu, l-Isqof ta’ Għawdex Monsinjur Mario Grech ordna is-sitta l-oħra fid-Djocesi t’Għawdex. It-tnax-il saċerdot ġdid li ġew ordnati f’Malta huma ħamsa djoċesani u sebgħa reliġjużi minn erba’ Kongregazzjonijiet differenti. F’Għawdex is-saċerdoti l-ġodda kienu djoċesani. Summary in English included.
F’Malta id-djakni li ġew ordnati saċerdoti il-bieraħ huma:
- Carmelo Aquilina OFM Cap ta’ 43 sena mis-Siġġiewi
- Stephen Attard ta’ 26 sena mill-parroċċa ta’ Marija Mtellgħa s-Sema, il-Mosta
- Joseph Ciappara OFM mir-Rabat
- René Antoine Cilia ta’ 25 sena mill-parroċċa ta’ San Ġorġ, Ħal Qormi
- Nicholas Dimech ta’ 25 sena mill-parroċċa ta’ San Nikola, is-Siġġiewi
- Andrew Galea OFM Conv ta’ 28 sena minn Ħal Qormi, San Bastjan
- Stephen Magro ta’ 25 sena mill-parroċċa tal-Madonna tal-Grazzja, Ħaż-Żabbar
- Gerald Mangion SDB minn Ħal-Lija
- Reno Muscat OP ta’ 46 sena minn Ħal Qormi, San Ġorġ
- Colin Sammut OFM Conv mill-Qawra
- David Torpiano ta’ 28 sena mill-parroċċa ta’ San Publiju, Floriana
- Jeremy Vella SDB ta’ 30 sena minn San Ġwann
F’Għawdex fit-28 ta’ Mejju kienu ġew ordnati:
- Simon M Cachia mill-parroċċa ta’ S Ġorġ;
- Samuel Grech minn Għajnsielem,
- John Mejlak mill-parroċċa tal-Kattidral;
- Krystof Buttigieg mill-Qala;
- Trevor Sultana mix-Xewkija
- Franklin Vella mix-Xewkija.
F’kummenti lil IL-ĠENSillum online, Fr Jimmy Bonnici, ir-Rettur tas-Seminarju ta’ Malta, irrikonoxxa li dan hu numru sabiħ li juri li minkejja li llum l-isfidi huma kbar, “Alla hu s-sid tal-istorja” u hu “għadu jsejjaħ u bil-qawwa tiegħu iż-żgħażagħ għadhom iwieġbu. Forsi wħud jgħidu: ‘Alla jbierek! Toqgħod tqis, għal-lum, numru sabiħ’… Hemm element ta’ stagħġib”, waqt li fisser li l-ikbar stagħġib iżda huwa fl-għarfien li “dan hu mument fejn nieqfu u napprezzaw kif Alla qed jieħu ħsiebna illum”.
—————————————–
Eighteen new priests ordained in Malta and Gozo
In the past five weeks 18 new priests were ordained in the Maltese islands. Yesterday, the Archbishop of Malta, Monsignor Paul Cremona ordained twelve of them at St John’s Co-Cathedral in Valletta and a few weeks ago the Bishop of Gozo Monsignor Mario Grech ordained the remaining six in the Diocese of Gozo. The twelve new priests ordained in Malta consisted of five diocesan priests and seven religious priests from four different congregations. In Gozo all the new priests were diocesan.