St Paul's South Eastern Suburbs Association Inc.

Postal address: c/- 35 Richard Street, Springvale South, Victoria 3172

Date Club founded: 1971

Association Objectives. The aims for which the Association was formed are as follows:

  • To be involved directly with the Maltese Chaplain, a member of the Missionary Society of St Paul, in his pastoral activity.
  • To bring together the Maltese families of the South Eastern region for social, cultural and religious functions.
  • To represent and speak on behalf of the community within the Maltese Community Council of Victoria, Inc.
  • To foster and conduct educational, cultural and social activities for the Maltese Seniors.
  • To encourage and foster the development of Maltese culture in a multi-cultural Australian community.
  • To form youth groups that will encourage young Maltese Australians to find their true identity in a multi-cultural Australian community.
  • To foster and support St Paul’s Missionary College in its activities and make financial allocations to it whenever surplus funds are available.

Association History

30 SENA MIT-TWAQQIF TA’ ST PAUL’S SOUTH-EASTERN SUBURBS ASSOCIATION INC.

(Artiklu miktub bil-Malti minn FR ALFRED FARRUGIA MSSP and ppublikat fl-2001)

Tajjeb li ngħidu li din hija waħda mill-eqdem jew minn tal-bidu li twaqqfet għall-komunita Maltija ġewwa s-South-Eastem Suburbs. Kien għall-ħabta tal-1950 meta ġie Patri Duminkan biex iqarar lill-Maltin għan-naħiet ta’ Springvale. Ta’ min isemmi lil Patri Zerafa minn Nadur li fis-snin 50 bħala assistent fil-parroċċa ta’ Springvale ta kontribut kbir lejn il-komunita Maltija ta’ dak iż-żmien. F’dan l-istess żmien wasal l-Awstralja Dun Wistin Grech MSSP – li kien il-pijunier tas-Soċjeta’ Missjunarja ta’ San Pawl fl-Awstralja. Huwa beda jiġi spiss fil-post li dak iż-żmien jien jissejjah ‘il-Farm’, propjeta’ ta’ Charlie Pirotta magħruf bħala ‘ċ-Ċmien’. F’dak iż-żmien ħafna Maltin li kienu jiġu minn Malta sakemm iqumu naqra fuq saqqahom u isibu fejn jogħqodu kienu jgħixu fil-bungalows li kien bena Charlie Pirotta. Wara ftit żmicn il-Maltin kicnu jitilgħqu u imorru f’djar tagħhom ġewwa Springvale, Clayton, Dovton, North Dandenoog, Dandenong, Mulgrave u Noble Park.

F’dan il-Farm Fr Grech u l-qassisin li kcllu miegħu dejjem kienu jieħdu ħsieb tal-Maltin. Fl-1954 l-Arcisqof Mikiel Gonzi ġie l-Awstralja u Dun Wistin ġabu sal-Farm biex iżur il-Maltin li kienu jinsabu hemmhekk.

Fl-1965 kienct ġiet l-Awstralja d-driegħ ta’ San Pawl mir-Rabat, wara ċ-Ċentinarju li kien sar fl-1960. Ġiet organizzata quddiesa għall-Maltin ġewwa St Mary’s u din kienet okkażjoni fcjn il-Maltin iltqagħu flimkien l-ewwel darba bħala komunita’ waħda. Wara ġabu din ir-relikwa fil-Knisja ta’ Springvale għall-Maltin li jgħixu fis-South-Eastern Suburbs. Ghal din l-okkażjoni, Fr Galea kien sab xi rġiel biex igħinu fl-organizzazjoni fosthom Jim Dingli u Joe Barbieri. Kienet saret quddiesa fejn ħadu seħem dawk il-qassisin li ġabu r-relikwa minn Malta.

Wara dan l-avveniment kicn hemm avveniment ieħor li ċertament jaqqgħad il-Maltin bejniethom. Kien fl-1967, Fr Claudju Borg MSSP li kien residenti ġewwa d-dar ta’ Parkville ġie jaġħmel missjoni ġewwa Springvale. Qabel bhala preparazzjoni dar ħafna djar tal-Maltin. F’egħluq il-missjoni saret purċissjoni li tmexxiet minn Fr Onorat Galea li dak iż-żmien kien il-provinċjal tal-MSSP. Fid-diskors li għamel dak in-nhar Fr Galea, ħeġġeġ lill-Maltin biex fejn ikunu dejjem iżommu l-fidi u qatt ma jħallu r-reliġjon tagħhom.

Nistghu ngħidu li dawn iż-żewg avvcnimenti ħallew il-frott. Tant li meta fl-1968 ġie ġcwwa l-Awstralja l-lsqof Nikol Cauchi, twaqqaf l-ewwel kumitat li għen ħafna biex ikun il-pedament ta’ St Paul’s South Eastern Suburbs Association. Il-ħolma bdiet meta Charles Zammit, fuq l-inizjattiva tiegħu, tkellem ma ħuh, Fr Piju Zammit MSSP u Fr Robert Cini MSSP li dak iż-żmien kien provinċjal tal-MSSP dwar il-possibilta li l-Isqof Cauchi jiġi u jiltaqgħa mal-Maltin tas-Soutb Eastern Suburbs.

Kemm Fr Piju u kemrn Fr Robert kienu favur l-idea. Wara, Charlie Zammit mar jaqsam l-idea tiegħu ma Fr Coghlan li kien kappillan ġewwa Springvale u dan ħareg bl-idea li jitwaqqaf kumitat tas-sitt membri biex jorganizzaw il-mawra ta’ l-lsqof Cauchi gewwa s-South-Eastern Suburbs. Ghalhekk Charlie Zammit stieden lil Jimmy Dingli, Joe Cutajar, Joe Galea, Vincent Griscti, Joe Barbieri u Duminku Zammit. Dawn kellhom laqgba ma Fr Coghlan.

Din l-ewwel laqgħa ma’ Fr Colghan kienet nistgħu ngħidu ż-żerriegħa ta’ dak li kellu ikun is-St Paul’s South-Eastern Suburbs Association. Kienet l-ewwel darba li grupp Maltin iltaqgħu flimkien biex jirrapresentaw lill-Komunita Maltija ta’ dawn in-nahiet. Sar il-ħsieb li dan il-kumitat jistieden lil Maltin tal-parroċċi tal-madwar Springvale. Fr Coghlan ħa ħsieb li ċempel lill-kappillani tal-madwar biex jagħtuh ismijict ta’ Maltin li setgħu jagħtu l-għajnuna tagħhom f’din l-okkażjoni. Għalhekk dan il-kumitat beda idur lil dawn il-Maltin fil-parroċċi tal-madwar. Minn Nth Dandenong sabu lil Benny Hili, minn Noble Park lil Tony Difesa, minn Mulgrave lil Joe Mercieca u Leli Saliba, minn Clayton, Joe Scerri u Joe Calleja, u minn Doveton Sam Hili.

Il-kumitat ħadem bis-sħiħ biex jorganizza l-programm għall-mawra ta’ l-Isqof Cauchi ġewwa is-South-Eastern Suburbs. Ħaġa interessanti huwa l-fatt li l-Isqof Cauchi kellu jiġi Springvale mis-Sunshine, fejn kien qiegħed u għalhekk Charlie Pirotta baghat lit-tifel tieghu biex iġib lill-Isqof Cauchi bil-karozza lussuża li kellu.

Kif wasal l-lsqof Cauchi fil-Knisja ta’ Springvale ġie milquh bl-Innu Malti u sar diskors ta’ merħba rninn Joe Mercieca. Wara l-funzjoni Dun Mario Scerri MSSP qal lil Charlie.Zammit “Issa ibqgħu miġburin u tinfirxux” Iżda ġara li billi fis-South Eastern suburbs ma kienx għad hemm saċerdot Malti residenti f’din l-area, n-nagħaġ mingħajr ir-ragħaj jitferrxu.

Fis-sena 1965 is-Socjeta’ Missjunarja ta’ San Pawl xtrat propjeta’ ġewwa Wantirna biex minnha isir Seminarju biex jiħu imrawma studenti missjunarji. Din ir-rcsidenza kienet maħsuba ukoll ti tkun id-dar fejn jkun hemm qassis Malti li jieħu ħsieb is-South Eastern Suburbs. Dun Piju Zammit MSSP fl-aħħar tas-sena 1968, flimkien ma’ xi Maltin mis-Sunshine bdew jirranġaw il-Farmhouse f’Kulleġġ.. Għall-ħabta ta’ Settembru 1970 wasal l-Awstralja Fr Denis Carabott u sar chaplain hu tal-Maltin għas-South-Eastern Suburbs. Ftit wara li nfetaħ il-Kullegg Dun Piju saqsa lil Charlie Zammit biex jigbor xi persuni biex jitwaqqaf kumitat għall-Maltin, Charlie Zammit ikkuntattja lil Joe Cutajar, Joe Galea, Joe Barbieri, Charlie Galea, Tony Difesa u Joe Briffa. Saret l-ewwel laqgħa ġewwa Wantirna f’Ottubru 1970. Mexxa l-ewwel laqgħa Dun Piju fejn introduca lil Fr Denis Carabott kif ukoll il-ħsieb prinċipali li għalih ġie mwaqqaf dan il-kumitat. F’din il-laqgħa ġiet espressa l-idea li dawk il-parroċċi fejn hemm numru kbir ta’ Maltin resident fihom ikollhom rappreżentanza fuq dan il-kumitat ħalli hekk flimkien mal-qassis Malti dan il-kumitat ikun jista’ jikkordina u jorganizza attivita’ religjuża u soċjali ghall-Maltin kollha. Din kienet l-ewwel ġebla imma kien għad hemm bżonn ta’ ħafna xogħol ta’ maturazzjoni.

Fl-1972 Dun Piju kien safa miġruh f’accident tal-karrozza huwa u sejjer jagħmel supply Sydney. Wara li qatta’ ħdax il-xahar l-isptar ġie meħud Malta u wara għaxar t’jiem miet l-isptar ta’ St Luke’s f’Gwardamanġa.

L-Association mill-bidu tagħha kienet
tissejjaħ Auxiliaries of St Paul u nistgħu ngħidu li dejjem ħadmet maċ-chaplain tal-Maltin li s-Soċjeta Missjunarja ta’ San Pawl waqqfet f’din l-area. L-Association dejjem tat għajnuna morali, spiritwali u finanzjara lill-Kullegg li s-Soċjeta għandha ġewwa Wantirna. lżda bl-liġijiet ġodda li daħħal il-Gvern Federali fil-bidu tas-snin 80 dwar għaqdiet volontarji, Auxiliaries of St Paul kellhom jgħamlu l-istatut ta’ l-għaqda u jibdlu l-isem tal-għaqda għal-isem ta’ St Paul’s South-Eastern Suburbs Association Incorporated.

F’Settembru ta’ 1986 il-kumitat tas-St Paul’s South-Eastern Suburbs ta merħba ġewwa l-Knisja ta’ St Anthony gewwa Noble Park l-Arcisqof ta’ Malta Mons Gużeppi Mercieca. Dak in-nħar kien sar diskors ta’ merħba minn Jim Dingli. Dak in-nhar Jim semma il bżonn ta’ żewġ proġetti fil-moħħ tal-Association. L-ewwel ħidma lejn iż-żagħżagħ li dak iż-żmien diġa bdiet tinħass li iħossuhom li ma humiex Maltin Awstraljani u it-tieni ħidma favur l-anzjani.

Tajjeb ukoll insemmu li l-Association kienet minn ta’ quddiem fl-għajnuna biex setgħa jinbena il-Kulleġġ il-ġdid ġewwa Wantirna u tat is-sehem taghħa fic-celebrazzjonijiet tal-ftuħ tal-Kullegg fit-22ta’ Jannar 1989.

Fil-bidu tas-snin 90 fl-Association beda jinħass il-bżonn fil-komunita’ Maltija u Għawdxija li ġiet fil-ħamsinijiet bdiet toqrob lejn ix-xjuħija. Ħafna bdew jirtiraw u nħass il-bżonn li dawn iżommu ruħhom involuti fil-komunita’ Maltija. ll-kumitat ħass li kien bemm bżonn li ssir xi ħaga għalihom tant li fl-1991 mill-kumitat ħareġ il-branch tal-Maltese Seniors South Eastern Suburbs u li fl-2001 ċċelebraw l-għaxar anniversarju tagħhom. Il-Maltese Seniors jiltaqgħu darbtejn fix-xahar ġewwa Springvale. Ilum għandom madwar 50 membru.

Fis-sena 2000 il-kumitat bl-inizjattiva ta’ Fr Alfred Farrugia għamel id-disinn tal-logo tal-Association li minnu bħalissa qiegħed isir ukoll il-banner uffiċċjali ta’ l-għaqda, li żżanżan nhar is-Sibt 18ta’ Awissu 2001. Dik is-sena sar ukoll ir-reviżjoni tal-kostituzzjonijiet tal-Association biex dawn ikunu jirriflettu ghaż-żmienjiet tal-llum.

Attivtajiet religjużi u socjali

Kull l-ewwel Sibt tax-xahar issir quddiesa bil-Malti fil-Knisja ta’ Springvale. Isiru l-eżercizzi tar-Randan u l-festa tad-Duluri. Hawn nixtieq f’isem l-Association nirringrazzja il-Komunita Frangiskana Konventwali speċjalment lil Patri Victor Bonello, Fr Tony Fox u lil Patri Manwel Gatt u l-kappillan Patri John Magri għall-għajnuna tagħhom u fuq kollox talli jagħtuna l-opportunita’ li nużaw il-Knisja ta’ Springvale.

Quddiesa ghall-mejtin fix-xaħar ta’ Novembru fiċ-ċimiterju ta’ Springvale. Jorganizzaw irtir fis-sena ghall-membri tal-Association. Il-quddiesa tal-Milied li fiha ikollna l-priedka tat-tifel/tifla u l-purċissjoni tal-Bambin. Nagħtu s-sehem tagħna fil-Migrants Mass ti isir kull sena fil-Kattidral ta’ St Patrick kif ukoll fl-aqwa festa Maltija, dik tal-Bambina li isir ġewwa St Mary’s, West Melbourne.

Bdew isiru quddies fid-djar tal-Maltin fejn iċ-chaplain ikollu c-cans li jiltaqgħa mal-Maltin li jgħixu qrib id-dar fejn tkun qegħda tiġi ċċelebrata l-quddiesa. Jgħinu liċ-chaplain fil-ħidma tal-Maltin ġewwa Latrobe Valley fejn illum qiegħed ikollhom l-opportunita’ li jaraw il-qassis Malti erba’ darbiet fis-sena. Barra dan il-membri issa qegħdin huma stess jgħinu liċ-chaplain fit-tqarbin tal-morda u jżuru lix-xjuħ fid-djar u fin-nursing homes.

Dwar l-attivijatiet soċjali nistgħu ngħidu llum spiċċaw f’idejn il_Maltese Seniors fejn isiru żewġ dinner dances fis-sena. L-iskop ta’ dawn id-dinner dances huma biex fejn nistgħu niġbru flimkien lill-komunita Maltija u nippruvaw barra milli nieħdu pjaċir flimkien ngħinu biex ma tmutx il-kultura Maltija fostna. Barra ħarġiet kulturali, buses ghall-attivitajiet reliġjużi li jkun bemm minn żmien għall-żmien fid-djoċesi ta’ Melbourne.

Il-futur

Fl-2001 l-Association iċċelebrat t-30 sena mit-twaqqif taghba. F’Marzu 2000 kien hawn fostna s-Superjur Ġenerali tal-MSSP, Fr Bernard Mangion u fil-laqgħa tiegħu mal-kumitat tal-Association tkellem u faħħar ix-xoghol li qegħda twettaq l-Association qalb il-Maltin tas-South-Eastern Region ta’ Melbourne. Fr Bernard semma li waħda mill-pedamenti importanti biex tkompli teżisti l-Association jiddependi kemm l-istess membri lesti li jaħdmu ħalli nġibu fl-istess Association liż-żagħżagħ biex jieħdu ir-riedni darba l-istess membri ma jkunux jistgħu ikomplu bil-ħidma tagħhom fl-Association.

lntemm dan l-artiklu billi qabel xejn bħala membru tas-Soċjeta’ Missjunarja ta’ San Pawl nirringrazzja lis-St Paul’s South-Eastern Suburbs Association Inc għall-kontribut tagħhom f’dawn l-aħħar 30 sena mal-Maltin tas-South-Eastem Suburbs u ma’ l-istcss Soċjeta Missjunarja ta’ San Pawl. Nixtieq nagħti rikonoxximenti lejn ex-chaplains Maltin tal-MSSP speċjalment dawk li mhux aktar magħna – Fr Piju Zammit MSSP, Fr George Scerri MSSP, u Fr Onorat Galea MSSP. Nitlob li din il-ħolqa bejnietna l-MSSP u l-Association tkompli għas-snin li ġejjin. Fl-aħħar rikonoxximenti lejn il-membri kollba tal-Association partikolarment dawk li diġa’ ħallewna.

SENIORS GROUP HISTORY

(Messaġġ mis-Sur Jim Dingli, President tal-Maltese Seniors South-Eastern Suburbs, ppublikat fl-2001)

Iż-żmien jgħaddi u ma jistenna lil hadd, u hekk gara lilna. Ġejna ġewwa din l-art żgħar bil-familja żgħira u oħrajn bdew il-familja ġewwa din l-art, u 30 sena ilu bdejna naħdmu mal-Kappillan tal-Emigranti Maltin tas-South-Eastem Suburbs. Fost ħidmiet oħra għall-kommunita’ Maltija konna norganizzaw attivitajiet ghat-tfal, bhal ma huma xi ħargiet u Christmas Parties.

Iż-żrnien għadda malajr u beda jinħass il-bżonn biex nibdew norganizzaw attivitajiet għalina l-anzjani. F’laqgħa tas-St Paul’s South-Eastern Suburbs Association, iddecidejna li ngħamlu xi ħaga ghall-anzjani. Kien Awwissu tal-1991, jigifieri 20 sena ilu li gbarna l-anzjani u l-irtirati biex niffurmaw club għalina l-anzjani ta’ dawn in-naħħat. Dak iż-żmien, il-Kappillan tal-Emigranti Maltin ta’ dawn in-naħħat kien Father John Taliana. Wara dan il-meeting bdejna nfittxu post fejn niltaqgħu u ma tantx sibna bibien miftuħa iżda fl-aħħar sibna post fejn il-lum hemm il-Community Health Centre. Kien hemm portable room li għalina kienet biż-żejjed.

Bejn l-ewwel laqgħa u sa kemm sibna post, Father John gie maħtur Kappillan ġewwa Sunshine u minn floku gie jieħu ħsiebna Father Noel Bianco u bdejna niltaqgħu kull tieni Tlieta tax-xahar u issa qegħdin niltaqghu darbtejn fix-xahar. Aħna konna ffortunati li dejjem kelna qassis tas-Socjeta Missjunarja ta’ San Pawl jattendi dawn il-laqgħat allura dejjem nibdew bil-ħsieb spiritwali tal-ġumata u kull ewwel laqgħa tas-sena nibdewha b’quddiesa u, billi din tkun qrib il- festa ta’ San Pawl, niċċelebraw dawn iż-żewġ okkażjoniet fl-istess ħin. lkolna quddiesa oħra f Awwissu, qrib il-festa ta’ Santa Maria, u nispiċċaw is-sena bil-quddiesa tal-Milied.

Bdejna bil-ftit u bqajna dejjem niżdiedu u bil-għajnuna tal-Mulej u ta’ ommna Maria bqajna sejrin tajjeb. Kważi f’kull laqgħa ikolna xi speaker li jtina xi taħdida li tkun ta’ interess għalina l-Anzjani, norganizzaw ħargiet soċjali, nżuru postijiet interessanti, sintendi, il-bingo ma jonqosx u anke nieħdu lunch flimkien, f’kelma wabda niltaqgħu

flimkien u nitgħallmu minn xulxin.

Nixtieq ngħalaq billi l-ewwel nirringrazzja lill-sħabi tal-kumitat għax-xoghol li jgħamlu (fl-aħħar mill aħħar, aħna kollha voluntieri) u f’isem sħabi nirringrazzja lil kull min b’xi mod qiegħed jgħin lil dan il-club. Nixtieq ukoll nirringrazzja lis-Soċjeta Missjunarja ta’ San Pawl tal-għajnuna li jtuna u lill-Greater Dandenong Council talli jipprovdulna is-sala fejn niltaqghu.

Co
mmittee Elections. 
Elections are held every two years in October.

Committee Members for 2011/12

President                                          Fr Noel Bianco – Jim Dingli (Acting)
Secretary                                         Charlie Galea
Treasurer                                         Charlie Galea
PRO                                                   Jim Dingli
Member                                           Charlie Zammit
Member                                           Mary Dingli
Member                                           Tessie Gilson
Member                                           Joe Mercieca
Member                                           Charlie Cassar

Membership.  All persons of Maltese background and their families are eligible to apply for membership. Persons of other nationalities are also eligible to become members. All members have to be committed to the deals and aims of the Association and be prepared to abide by its rules. Applications for membership must be lodged with the Secretary and submitted to the Committee for approval.

Newsletter. The Association does not produce a Newsletter.

Events. The Associations organises the following events during the year:

  • Mass in Maltese every first Saturday of the month at St Joseph’s Church, Springvale at 4.45 pm.
  • Maltese Mission Week before Good Friday.
  • Mass for our Dead at Springvale Cemetery in November.
  • Christmas Eve Mass with sermon by a boy or girl (Priedka tal-Milied) in Maltese.
  • Social activities are organised for the Seniors Group.
keyboard_arrow_up